10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2014 – Euro-Link Consultants u European Profiles vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/12) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Rikors għal annullament - Att li ma jistax ikun suġġett għal rikors - Att konfermattiv - Inammissibbiltà parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterji ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Ugwaljanza fit-trattament”))
2014/C 395/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euro-Link Consultants Srl (Bucharest, ir-Rumanija); u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Bartelt u A. Bordes, sussegwentement S. Bartelt u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina, tat-28 ta’ Frar 2012, mogħtija fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta EuropeAid/131567/C/SER/UA, “Proġett ta’ sostenn u ta’ diversifikazzjoni tat-turiżmu fil-Krimea”, li ma tagħtix il-kuntratt lill-konsorzju tar-rikorrenti, kif ukoll tad-deċiżjonijiet wara ċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom meħuda fl-14 ta’ Marzu 2012 mill-istess awtorità u fit-2 ta’ Mejju 2012 mid-Direttur tad-Direttorat “Viċinat” tad-Direttorat Ġenerali “Żvilupp u kooperazzjoni – EuropeAid” tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Euro-Link Consultants Srl u European Profiles AE Meleton kai Symvoulon Epicheiriseon huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012
Full & Egal Universal Law Academy