28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Al Assad vs Il-Kunsill
(Kawża T-202/12) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati - Rabtiet personali mal-membri tar-reġim - Drittijiet tad-difiża - Smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-ħajja privata”)
2014/C 129/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M.-M. Joséphidès, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 87, p. 103), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), fit-tielet lok, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, Rettifika ĠU L 127, p. 27), u, fir-raba’ lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bouchra Al Assad hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy