25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Alchaar vs Il-Kunsill
(Kawża T-203/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Inklużjoni ta’ individwu fil-listi tal-persuni kkonċernati - Rabta mar-reġim - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għal ħajja privata”))
2014/C 282/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mohamad Nedal Alchaar (Alep, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Korkmaz, D. Amaudruz u A. Boesch, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u M. Vitsentzatos, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Cujo u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1244/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 319, p. 8), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), inkwantu dawn l-atti jinkludu miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrenti, kif ukoll kull att futur li jemenda din id-deċiżjoni jew dan ir-regolament, u, min-naħa l-oħra, tal-komunikazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2012 li tinforma lir-rikorrent li ismu ser jinżamm fil-lista ta’ persuni kkonċernati mill-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Mohamad Nedal Alchaar.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn M. N. Alchaar.
4)
M. N. Alchaar huwa kkundannat ibati terz mill-ispejjeż tiegħu.
5)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 217, 21.07.2012
Full & Egal Universal Law Academy