1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – Vila Vita Hotel und Touristik vs UASI – Viavita (VIAVITA)
(Kawża T-204/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIAVITA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti VILA VITA PARC u figurattiva preċedenti VILA VITA - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3), u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]))
2014/C 292/41
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vila Vita Hotel und Touristik GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Schoenen u V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Viavita (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M.-P. Escande, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 419/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vila Vita Hotel und Touristik GmbH u Viavita.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vila Vita Hotel und Touristik GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Viavita.
(1) ĠU C 217, 21.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy