31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013 — Think Schuhwerk vs UASI (Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben)
(Kawża T-208/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedura fil-kontumaċja)
2013/C 252/49
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1552/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti minn estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Think Schuhwerk GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy