20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Micrus Endovascular vs UASI Laboratorios Delta (DELTA)
(Kawża T-218/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DELTA - Trade marks internazzjonali u nazzjonali figurattivi preċedenti DELTA PORTUGAL u isem ta’ kumpannija LABORATORIOS DELTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 372/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Micrus Endovascular LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratórios Delta Lda (Queluz, il-Portugall) (rappreżentant: J. Sena Mioludo, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Marzu 2012 (Każ R 244/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratórios Delta Lda u Micrus Endovascular Corp.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Micrus Endovascular LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 21.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy