8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/18
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Sunrider vs UASI — Nannerl (SUN FRESH)
(Kawża T-221/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUN FRESH - Trade marks Komunitarji, Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRESH SUNNY, SUNRIDER SUNNY FRESH u SUNNYFRESH - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 71/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Sunrider Corporation (Torrance, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Dontas u K. Markakis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nannerl GmbH & Co. KG (Anthering bei Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2401/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Sunrider Corporation u Nannerl GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
The Sunrider Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy