12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – Ntouvas vs ECDC
(Kawża T-223/12) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li jsir eżami konkret u individwali - Interess pubbliku superjuri”))
(2015/C 007/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ioannis Ntouvas (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Mylonas u V. Kolias, avukati)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Trott, sussegwentement minn J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECDC tas-27 ta’ Marzu 2012 (DIR-12-0636-MSrukr) li tirrifjuta lir-rikorrent, l-aċċess għar-rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) tas-27 ta’ Marzu 2012 (DIR-12-0636-MSrukr) li tirrifjuta lill-I. Ntouvas l-aċċess għar-rapporti finali tal-awditjar li sar fuq l-ECDC mis-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni Ewropea hija annullata.
2)
L-ECDC huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 227, 28.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy