14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – López Cabré (VOGUE)
(Kawża T-229/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VOGUE - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti - Identiċità jew xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Nuqqas ta’ preċiżjoni fl-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 26(1)(c) tar-Regolament Nruo207/2009 - Regola 2(2) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment”])
2014/C 112/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Eduardo López Cabré (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1170/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1170/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eduardo López Cabré u Advance Magazine Publishers, Inc., hija annullata sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-18 ta’ Marzu 2011 li tilqa’ l-oppożizzjoni għall-aċċessorji fil-klassi 18 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-registrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrevedut u emendat.
2)
Il-kumplament tat-talbiet għall-annullament tad-deċiżjoni msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv huma miċħud.
3)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi li jilqgħu l-oppożizzjoni biss sa fejn din tikkonċerna l-umbrelel, il-parasolijiet u l-aċċessorji għall-umbrelel u għall-parasolijiet.
4)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 227, 28.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy