1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 — Wilmar Trading vs UASI — Agroekola (ULTRA CHOCO)
(Kawża T-232/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali ULTRA CHOCO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ultra choco - Trade mark użata fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea u fil-Bulgarija mhux irreġistrata preċedentement ULTRA CHOCO - Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu tal-ħlas tal-ammont tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara l-appell bħala appell meqjus li ma sarx)
2014/C 61/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wilmar Trading Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: E. Miller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Negro u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Agroekola EOOD (Sofija, il-Bulgarija)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 87/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wilmar Trading Pte Ltd u Agroekola EOOD.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Wilmar Trading Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy