10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/8
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Airbus vs UASI (NEO)
(Kawża T-236/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali NEO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Eżami tal-mertu suġġett għall-ammissibbiltà tar-rikors - Artikoli 59 u 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 233/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Airbus SAS (Franza) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1387/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NEO bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1387/2011-1) hija annullata sa fejn tirrigwarda s-servizzi fil-klassi 39 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012
Full & Egal Universal Law Academy