25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta Lulju 2014 – Jyoti Ceramic Industries vs UASI
(Kawża T-239/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZIECON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CERCON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 282/36
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd (Nashik, l-Indja) (rappreżentanti: R. Egerer, D. Jochim u A. Kolb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DeguDent GmbH (Hanau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Blau, T. Hertl u P. Winkler, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2546/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DeguDent GmbH u Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jyoti Ceramic Industries PVT. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ DeguDent GmbH.
(1) ĠU C 209, 14.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy