10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 — Warsteiner Brauerei Haus Cramer vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)
(Kawża T-243/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ALOHA 100 % NATURAL - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ALOA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 233/15
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG (li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG) (Warstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M.-H. Hoffmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, sussegwentement A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1058/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Stuffer SpA u Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG, li kienet International Brands Germany GmbH & Co. KG.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Warsteiner Brauerei Haus Cramer KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 217, 21.07.2012.
Full & Egal Universal Law Academy