22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Unister vs UASI
(Kawża T-244/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv miksub mill-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), Artikolu 7(2) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 178/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2149/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Unister GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 217, 21.7.2012.
Full & Egal Universal Law Academy