21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fit-12 ta’ Novembru 2013 — Gamesa Eólica vs UASI — Enercon (Sfumaturi ta’ aħdar)
(Kawża T-245/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni assoluta għal rifjut - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fi sfumaturi ta’ aħdar - Karattru distintiv - Artikolu 7(1(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 62 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 377/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gamesa Eólica, SL (Sarriguren, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 260/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gamesa Eólica, SL u Enercon GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 260/2011-1), hija annullata.
(2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Gamesa Eólica, SL.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy