30.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 202/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – Argo Group International Holdings vs UASI – Arisa Assurances (ARIS)
(Kawża T-247/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARIS - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARISA ASSURANCES S.A. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq - Prinċipju ta’ dritt Amerikan imsejjaħ ‘Morehouse defense’ - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
2014/C 202/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Argo Group International Holdings Ltd (Hamilton, il-Bermuda, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Hoy, S. Levine u N. Edbrooke, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arisa Assurances SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: H. Bock, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Marzu 2012 (Każ R 193/2011-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Arisa Assurances SA u Argo Group International Holdings Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Argo Group International Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy