3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Central Bank of Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-262/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Lis alibi pendens - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża”))
2014/C 388/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Central Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: M. Lester, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Essenzjalment, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), sa fejn dawn niżżlu jew żammew, wara eżami mill-ġdid, isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn niżżlu jew żammew, wara eżami mill-ġdid, isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dan iniżżel isem is-Central Bank of Iran fil-lista li tinsab fl-Anness IX tiegħu, huwa annullat.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tas-Central Bank of Iran.
4)
Central Bank of Iran għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-Kunsill.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy