18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – UTi Worldwide et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-264/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali tas-servizzi - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Prova - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett sinjifikattiv fuq il-kompetizzjoni - Ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum - Ġurisidzzjoni Sħiħa”))
(2016/C 136/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UTi Worldwide, Inc. (Tortola, ir-Renju Unit), UTi Nederland BV (Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi), u UTI Worldwide (UK) Ltd (Reading, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, V. Bottka u G. Meessen, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), hija annullata sa fejn l-ammont tal-multa imposta fuq UTI Worldwide, Inc. jaqbeż l-ammont tal-multi imposti fuq UTI Nederland BV u UTI Worldwide (UK) Ltd
2)
L-ammont totali tal-multa imposta fuq UTI Worldwide fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni C (2012) 1959 finali huwa stabbilit għal EUR 2 965 000, l-ammont tal-multa imputabbli lilha skont l-ewwel linja tal-Artikolu 2(2)(j) ta’ l-imsemmija deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 1 692 000.
3)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
4)
UTi Worldwide, UTi Nederland u UTI Worldwide (UK) għandhom ibatu disa’ partijiet minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u tal-ispejjeż rispettivi tagħhom.
5)
Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u ta’ dawk sostnuti minn UTi Worldwide, minn UTi Nederland u minn UTI Worldwide (UK).
(1) ĠU C 235, 4.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy