18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Schenker vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja - Obbligi ta’ fiduċja - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Għażla tal-kumpanniji - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Kooperazzjoni - Tranżazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))
(2016/C 136/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Schenker Ltd (Feltham, Royaume-Uni) (rappreżentanti: F. Montag, B. Kacholdt, F. Hoseinian, avukati, D. Colgan u T. Morgan, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Dawes u N. von Lingen, sussegwentement A. Dawes u G. Meessen, aġenti, assistiti minn B. Kennelly u H. Mussa, barristers)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Schenker Ltd hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy