18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Panalpina World Transport (Holdings) et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-270/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tranżazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))
(2016/C 136/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Panalpina World Transport (Holding) Ltd (Basel, l-Isvizzera), Panalpina Management AG (Basel), Panalpina China Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis, T. Grimmer u B. Smith, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Meessen u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn C. Thomas, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG u Panalpina China Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy