4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)
(Kawża T-273/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ab in den Urlaub - Trade mark li tikkonsisti fi slogan pubbliċitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ prova ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”))
2014/C 253/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u R. Pethke, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 2150/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Ab in den Urlaub bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unister GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 243, 11.8.2012.
Full & Egal Universal Law Academy