2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Inter-Union Technohandel vs UASI – Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)
(Kawża T-278/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROFLEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PROFEX - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 034/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Inter-Union Technohandel GmbH (Landau in der Pfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Feutlinske, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 413/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Inter-Union Technohandel GmbH u Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta’ Marzu 2012 (Każ R 413/2011-2), hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##
Full & Egal Universal Law Academy