30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — El Corte Inglés vs UASI — Sohawon (fRee YOUR STYLe.)
(Kawża T-282/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva fRee YOUR STYLe. - Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti FREE STYLE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, agent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Nadia Mariam Sohawon (Londra, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ April 2012 (Każ R 1825/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u N. Mariam Sohawon.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 258, 25.8.2012
Full & Egal Universal Law Academy