23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/55
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2013 — Cartoon Network vs UASI — Boomerang TV (BOOMERANG)
(Kawża T-285/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BOOMERANG - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Boomerang TV - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 344/97
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Cartoon Network, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Starr, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Boomerang TV, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 699/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boomerang TV, SA u The Cartoon Network, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
The Cartoon Network, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 8.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy