10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – EI du Pont de Nemours vs UASI – Zueco Ruiz (ZYTeL)
(Kawża T-288/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva ZYTeL - Trade mark Komunitarja verbali preċ edenti u trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, ZYTEL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nruo207/2009”])
2014/C 175/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 464/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u E. Zueco Ruiz.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EI du Pont de Nemours and Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 08.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy