11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Ġunju 2016 – Mega Brands vs EUIPO – Diset (MAGNEXT)
(Kawża T-292/12 RENV) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MAGNEXT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAGNET 4 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 251/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentment H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Diset, SA (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 1722/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset u Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ April 2012 (Każ 1722/2011-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug.
(1) ĠU C 273, 8.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy