28.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Syria International Islamic Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-293/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova - Talba għad-danni”))
2014/C 245/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syria International Islamic Bank PJSC (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Laguesse u J.-P. Buyle, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 165, p. 20, rettifika ĠU 2012, L 173, p. 27), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 165, p. 80), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Syria International Islamic Bank PJSC.
2)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Syria International Islamic Bank.
3)
It-talba għad-danni hija miċħuda bħala inammissibbli.
4)
Syria International Islamic Bank għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.
5)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk esposti minn Syria International Islamic Bank.
(1) ĠU C 258, 25.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy