1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji - Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni - Neċessità tal-għajnuna - Sussidjarjetà - Obbligu ta’ motivazzjoni))
2014/C 292/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn T. Lübbig u M. Klasse, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Egerer u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 08.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy