24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/12) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi ta’ informazzjoni allegatament dannuża għar-reputazzjoni tar-rikorrenti - Danni morali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))
2014/C 421/42
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u S. Delaude, aġenti, assistiti minn E. Petritsi, avukat)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament imġarrab minħabba kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lil terzi, fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2007, ta’ ċerta informazzjoni dwar, minn naħa, investigazzjoni amministrattiva tal-Kummissjoni li tikkonċerna r-rikorrenti, u min-naħa l-oħra, il-politika ta’ din tal-aħħar fil-qasam tar-reklutaġġ tal-persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 08.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy