17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)
(Kawża T-300/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva FAIRGLOBE - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti GLOBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2865/95”])
2014/C 409/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: A Colmeia do Minho Lda (Aldeia de Paio Pires, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ April 2012 (Każ R 1981/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn A Colmeia do Minho Lda u Lidl Stiftung & Co. KG hija annullata sa fejn hija kkonstatat li l-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti kien ġie pprovat b’mod suffiċjenti fid-dritt.
2)
L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Lidl Stiftung & Co. KG.
(1) ĠU C 273, 8.9.2012
Full & Egal Universal Law Academy