10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013 — Laboratoires CTRS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/12) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Orphacol - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Direttiva 2001/83/KE - Użu mediku stabbilit sew - Ċirkustanzi eċċezzjonali)
2013/C 233/16
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Barnden, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, M. Šimerdová u L. Banciella, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti); Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, F. Gloaguen u S. Menez, aġenti); Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u A. Posch, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, aġent, sussegwentement C. Murrel u finalment L. Christie, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment B. Majczyna u M. Szpunar, sussegwentement B. Majczyna, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012/3306) finali, tal-25 ta’ Mejju 2012, li tiċħad awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Orphacol — Aċidu koliku”.
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 3306 finali, tal-25 ta’ Mejju 2012, li tiċħad awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Orphacol — Aċidu koliku”, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Laboratoires CTRS.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 250, 18.08.2012.
Full & Egal Universal Law Academy