22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Message Management vs UASI — Absacker (ABSACKER of Germany)
(Kawża T-304/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ABSACKER of Germany - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ABSACKER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 52/64
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Message Management GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Absacker GmbH (Köln, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1028/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Absacker GmbH u Message Management GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Message Management GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 273, 08.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy