1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-309/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji - Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorzjoni tal-kompetizzjoni - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Neċessità tal-għajnuna - Sussidjarjetà - Aspettativi leġittimi - Ċertezza legali - Proporzjonalità”))
2014/C 292/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rheinland-Pfalz, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Kreuschitz u T. Maxian Rusche, sussegwentement T. Maxian Rusche u C. Egerer, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Selm, il-Ġermanja); SecAnim GmbH (Lünen, il-Ġermanja); u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) (Selm) (rappreżentanti: U. Karpenstein u C. Johann, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura prinċipali kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Saria Bio-Industries AG & Co. KG, SecAnim GmbH u Knochen- und Fett-Union GmbH (KFU) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura prinċipali.
4)
Zweckverband Tierkörperbeseitigung in Rhineland-Palatinate, im Saarland, im Rheingau-Taunus-Kreis und im Landkreis Limburg-Weilburg għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 273, 8.9.2012.
Full & Egal Universal Law Academy