14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE)
(Kawża T-323/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ECOSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 302/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Montañá, S. Sebé u I. Carulla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2012 (Każ R 259/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería, SL u Knauf Insulation Technologies.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Knauf Insulation Technology hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy