14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE TECHNOLOGY)
(Kawża T-324/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva ECOSE TECHNOLOGY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 302/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Montañá, S. Sebé u I. Carulla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería, SL u Knauf Insulation Technologies.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell, minn naħa waħda, ċaħad ir-rikors ippreżentat minn Knauf Insulation Technology u, min-naħa l-oħra, annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Knauf Insulation Technology
3)
Saint Gobain Cristalería, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Knauf Insulation Technology.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012
Full & Egal Universal Law Academy