24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Simca Europe vs UASI – PSA Peugeot Citroën (Simca)
(Kawża T-327/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Simca - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 194/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Simca Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Haberkamm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GIE PSA Peugeot Citroën (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Kotsch, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ April 2012 (Każ R 645/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn GIE PSA Peugeot Citroën u Simca Europe Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Simca Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy