4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – H vs UASI – Intersport France (THE HUT)
(Kawża T-330/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali THE HUT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LA HUTTE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 253/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The H Ltd (Northwich, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Intersport France (Longjumeau, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 814/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intersport France u The H Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The H Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy