11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — El Hogar Perfecto del Siglo XXI vs UASI — Wenf International Advisers (Trabixu)
(Kawża T-337/12) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta trabixu - Disinn nazzjonali preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2014/C 9/36
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Ruiz Gallegos u E. Veiga Conde, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wenf International Advisers Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 89/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wenf International Advisers Ltd u El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL,
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
El Hogar Perfecto del Siglo XXI, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy