15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Gandia Blasco vs UASI — Sachi Premium-Outdoor Furniture (Pultruna kubika)
(Kawża T-339/12) (1)
(Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna kubika - Disinn jew mudell preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2014/C 78/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gandia Blasco, SA (Valenza, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes u M. Paes, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2012 (Każ R 970/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 295, 29.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy