3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-346/12) (1)
((“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur tal-frott u l-ħaxix - Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha - Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007”))
(2015/C 363/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment minn M. Fehér u K. Szíjjártó, sussegwentement minn M. Fehér, bħala aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Béres, N. Donnelly u B. Schima, aġenti)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy