28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Globosat Programadora vs UASI – Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)
(Kawża T-348/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPORT TV INTERNACIONAL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SPORTV - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])
2014/C 129/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globosat Programadora Ltda (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sport TV Portugal, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2079/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globosat Programadora Ltda u Sport TV Portugal, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Globosat Programadora Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy