19.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 304/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 — Leiner vs UASI — Recaro (REVARO)
(Kawża T-349/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva REVARO - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti RECARO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 304/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rudolf Leiner GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Emberger, I. Rudnay u L. Emberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 482/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Rudolf Leiner GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Rudolf Leiner GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 287, 22.09.2012.
Full & Egal Universal Law Academy