15.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/10
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2014 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruna)
(Kawża T-357/12) (1)
(Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pultruna - Disinn jew mudell preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
2014/C 78/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gandia Blasco, SA (Valenza, Spanja) (rappreżentanti: I. Massa, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ April 2012 (Każ R 969/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gianda Blasco, SA u Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI).
(3)
Gianda Blasco, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012
Full & Egal Universal Law Academy