3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/77
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 — MOL vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (MOL Blue Card)
(Kawża T-367/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali MOL Blue Card - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti BLUE, BLUE BBVA u TARJETA BLUE BBVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 225/172
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: F. Mattina, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa u N. González-Alberto Rodríguez, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2532/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA u MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 319, 20.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy