7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni vs Macchia
(Kawża T-368/12 P) (1)
((Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni, li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura - Kunċett ta’ interess tas-servizz - Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita - Prinċipju ta’ kontradittorju))
2014/C 212/32
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (Varese, l-Italja) (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Appellat: Luigi Macchia (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Macchia vs Il-Kummissjoni (F-63/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Macchia vs Il Kummissjoni (F 63/11), hija annullata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-12 ta’ Awwissu 2010 li tiċħad it-talba ta’ estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ Luigi Macchia u ċaħdet, konsegwentement, it-talba għal reintegrazzjoni ta’ L. Macchia fi ħdan l-OLAF u t-talba għal kumpens tad-dannu materjali mġarrab bħala prematuri.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizzi Pubbliku.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy