1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-376/12) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Passolina - Inbid - Infiq mill-Greċja - Korrezzjoni finanzjarja individwali - Metodu ta’ kalkolu - Natura tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet - Rabta mal-infiq iffinanzjat mill-Unjoni”))
2014/C 292/44
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, E. Leftheriotou u S. Papaïoannou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 165, p. 83), sa fejn din tikkonċerna lir-Repubblika Ellenika għas-settur tal-passolina, abbażi tas-snin finanzjarji 2007, 2008 u 2009, u għas-settur tal-inbid.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fondi Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fondi Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fondi Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn tapplika għar-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja individwali fis-settur tal-inbid.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 331, 27.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy