20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2015 – Spa Monopole vs UASI – Olivar Del Desierto (OLEOSPA)
(Kawża T-377/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLEOSPA - Trade marks tal-Benelux verbali preċedenti SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 127/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizzjalment V. Melgar, sussegwentement V. Melgar u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Olivar Del Desierto, SL (Almería, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Olivar Del Desierto, SL.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 135/2011-4) hija annullata, sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti kosmetiċi, li jaqgħu fil-klassi 3, fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 331, 27.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy