14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)
(Kawża T-378/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja X - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti X - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Natura distintiva tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 367/49
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Jackermeier u D. Wiedemann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1524/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Leineweber GmbH & Co. KG u Capitalizaciones Mercantiles Ltda.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Capitalizaciones Mercantiles Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012
Full & Egal Universal Law Academy