30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Electric Bike World vs UASI — Brunswick (LIFECYCLE)
(Kawża T-379/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LIFECYCLE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LIFECYCLE - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment mill-Bord tal-Appell - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 352/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Electric Bike World Ltd (Southamptom, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Brunswick Corp. (Lake Forest, Illinois, l-Istati Uniti)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2308/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brunswick Corp. u Electric Bike World Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
Electric Bike World Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy