28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Borrajo Canelo vs UASI – Tecnoazúcar (PALMA MULATA)
(Kawża T-381/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali PALMA MULTA - Użu ġenwin - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv])
2014/C 129/25
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ana Borrajo Canelo (Madrid, Spanja); Carlos Borrajo Canelo (Madrid); u Luis Borrajo Canelo (Madrid) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tecnoazúcar (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2265/2010-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo, minn naħa, u Tecnoazúcar, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy